Kap tal-Operat

Mario Barbara

B. Pharm. (Hons)(Melit.)

M.Sc. Appl. Chem. (Melit.)

Kap tal-Operat

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek

Mario Barbara gradwa bħala spiżjar fl-1986.  Il-karriera tiegħu hija mifruxa kemm fil-komunita’ kif ukoll fl-isptarijiet fi ħdan l-Infrastruttura Nazzjonali tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta.

Mario beda l-vokazzjoni tiegħu bi rwol fundamentali fl-akkwist ta’ prodotti farmaċewtiċi għad-Dipartiment tas-Saħħa. Id-dedikazzjoni tiegħu għall-kura tas-saħħa fil-komunita’ wasslitu biex jimpjega ruħu u jmexxi spiżerija privata u aktar tard jimmaniġġja l-ispiżerija tiegħu stess.  B’kollox iddedika aktar minn 18-il sena għall-kura tal-pazjenti fil-komunita’.

Fl-2005, Mario għamel tranżizzjoni għall-ispiżerija tal-Isptar San Luqa, u aktar tard għad-d Dipartiment tal-Farmaċija tal-Isptar Mater Dei.  Hemm huwa ħadem fil-preparazzjoni tal-mediċini għat-trattament tal-kanċer u fl-assigurazzjoni tal-kwalità farmaċewtika. Waqt il-qadi ta’ dmirijietu, huwa ġabar esperjenza fis-sistemi ta’ kwalità, gassijiet mediċi, konformità mad-Direttiva dwar il-Mediċini Falsifikati, u żvilupp kontinwu tal-impjegati. Fl-2023 Mario ġie promos għall-grad ta’ Professional Practice Pharmacist.  

Mario rrappreżenta wkoll lil Malta bħala ambaxxatur għall-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ispiżjara tal-Isptarijiet (EAHP) fi Brussell, b’referenza partikolari għall-proġett tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Ewropej tal-Farmaċija fl-Isptarijiet.

Il-kisbiet akkademiċi ta’ Mario jinkludu Baċellerat fil-Farmaċija u Masters fil-Kimika Applikata, it-tnejn mill-Università ta’ Malta, kif ukoll attenda bosta korsijiet fl-assigurazzjoni tal-kwalità, servizzi asettiċi, governanza, u ġestjoni tar-riskju minn istituzzjonijiet madwar Malta u r-Renju Unit.

Mario huwa spiżjar mmexxi b’dedikazzjoni lejn is-servizz pubbliku u b’impenn għall-eċċellenza.