IL-MISSJONI TAGĦNA
Il-POYC hija impenjata għall-eċċellenza, għal għoti ta’ servizz farmaċewtiku tal-ogħla kwalità u biex tippromwovi ambjent iffukat fuq il-pazjent.
Aħna impenjati wkoll li nistinkaw kontinwament biex intejbu r-reazzjoni tagħna biex nipprovdu servizz farmaċewtiku f’waqtu u li jkun preċiż u effiċjenti u ċċentrat fuq il-klijent, lill-partijiet interessati kollha li jibbenefikaw mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Fuqna
It-Taqsima tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) taqa’ taħt l-umbrella tal-Ministeru għas-Saħħa. Bħala unità tal-Gvern, l-isfida ewlenija tagħha hija li tmexxi intrapriża soċjali filwaqt li tibbilanċja l-għanijiet tan-negozju u l-għanijiet soċjali. Tabilħaqq, it-Taqsima tal-POYC hija impenjata għall-eċċellenza fl-operazzjonijiet kollha tagħha u aktar importanti għal ogħla grad ta’ għoti ta’ servizz farmaċewtiku ta’ kwalità, flimkien mal-promozzjoni kontinwa ta’ ambjent iċċentrat fuq il-pazjent permezz ta’ approwċ innovattiv u opportunitajiet ekonomiċi ta’ valur miżjud.
L-introduzzjoni ta’ funzjonijiet u metodoloġiji paralleli ġodda huma ddisinjati speċifikament biex jippermettu l-allinjament tar-riżorsi umani tagħha mal-intenzjoni strateġika tan-negozju tagħha. Illum, it-Taqsima tal-POYC hija pożizzjonata b’suċċess bħala fornitur ewlieni tas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali, b’objettivi strateġiċi konsistenti li huma ffukati fuq il-klijent u li jiffaċilitaw l-aċċessibilità ekwu għas-servizzi farmaċewtiċi b’xejn ippwrovdut mill-Gvern, permezz ta’:
- Is-Servizz ta’ One Stop Shop – li jgħaqqad, taħt saqaf wieħed, is-Servizzi tal-Approvazzjoni tal-Mediċini Skeda V, ir-Reġistrazzjoni għal POYC u t-Tiġdid tal-Karta tal-Kontroll tad-Drogi Perikolużi.
- L-Iskema tal-POYC – servizz farmaċewtiku pprovdut madwar il-pajjiż kollu li sal-lum jilħaq il-ħtiġijiet ta’ aktar minn 140,000 outpatient li jibbenefikaw mill-istokk farmaċewtiku b’xejn tal-Gvern taħt il-leġiżlazzjoni tal-Iskeda V permezz tal-219-il spiżerija tal-komunità.
- L-introduzzjoni tas-sistemi tal-IT fit-Taqsima tal-POYC fi ħdan l-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u l-Furjana u l-Ispiżerija tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex jiffaċilitaw il-provvista elettronika tal-istokk b’xejn tal-Gvern lil pazjenti eliġibbli taħt il-Leġiżlazzjoni Skeda II, il-provvista ta’ stokk lill-persunal tal-NHS li huma eliġibbli għal kupens minħabba korriment fuq ix-xogħol, lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, lill-Korp tal-Forzi Armati ta’ Malta, lill-Korp tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u liċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi.
- L-attività ta’ manifattura parzjali li tinvolvi l-ippakkjar mill-ġdid tal-istokk tal-Gvern li jkun akkwistat f’ kwantità kbira, f’daqsijiet ta’ pakketti iżgħar għal użu tal-pazjent. L-istokk ippakkjat mill-ġdid imbagħad jitqassam permezz tal-Iskema tal-POYC u l-ispiżeriji tal-NHS tal-Gvern.
- Il-ħolqien ta’ l-ewwel Repożitorju Nazzjonali tal-Outpatients -data hub, li jżomm data farmaċewtika f’ħin reali tal-pazjenti kollha u l-ispiżeriji rreġistrati mat – Taqsima tal-POYC. Dan iċ-ċentru ta’ informazzjoni jippermetti lill-Ministeru tas-Saħħa jieħu deċiżjonijiet infurmati fir-rigward ta’ dan is-settur tan-negozju.
- L-Immaniġġjar u l-Amministrazzjoni Finanzjarja tal-Iskema ta’ Vouchers tal-Prodotti Coeliac. Din hija soluzzjoni innovattiva mmirata biex itejjeb l-għażla ta’ prodotti għall-pazjenti u biex jiffaċilita aċċess aktar faċli għal dawn il- prodotti minn numru ta’ ħwienet parteċipanti fil-komunità.
- Iċ-Ċertifikazzjoni Standard Internazzjonali ISO 9001-2008. It-Taqsima tal-POYC tgawdi miċ-ċertifikazzjoni ISO fil-footprint operattiv tagħha.
Bla dubju, ir-raġuni għas-suċċess tat-Taqsima tal-POYC u l-prestazzjoni eċċellenti tagħha hija t-tim maniġerjali tagħha. Il-maniġment għamel l-almu tiegħu biex jiżgura l-ogħla livell ta’ prestazzjoni billi jinvesti u jagħti l-motivazzjoni u l-poter lill-forza tax-xogħol tagħha, biex tistinka kontinwament għall-eċċellenza u biex tapprezza l-importanza ta’ titjib kontinwu għall-benefiċċju ta’ kulħadd.