L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ (POYC) tifforma parti mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa, u hija inkarigata mill-immaniġġjar u d-distribuzzjoni ta’ mediċini u apparat mediku lill-pazjenti permezz ta’ spiżeriji li jipparteċipaw fl-iskema POYC.
Immexxija minn impenn għal eċċellenza operazzjonali, il-POYC tistinka biex tipprovdi servizzi farmaċewtiċi ta’ kwalità għolja, filwaqt li trawwem ambjent iffukat fuq il-pazjent. Permezz ta’ innovazzjoni kontinwa u l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jżidu l-valur, il-POYC tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà u l-avvanz tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.