It-Taqsima tal-POYC hija impenjata li tipprovdi ambjent tax-xogħol sigur u b’saħħtu biex tevita inċidenti u tbatijiet bla bżonn. Il-persunal huwa responsabbli biex josserva r-regoli u r-regolamenti tas-sigurtà u s-saħħa li japplikaw għall-linja tad-dmirijiet tagħhom. Filwaqt li t-Taqsima tipprovdi t-tagħmir protettiv meħtieġ, l-istaff tagħna huwa mistenni li jagħmel użu minn dan it-tagħmir fil-ħinijiet tal-uffiċċju u li jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom u lill-ħaddiema tagħhom, inkluż ir-rappurtar f’waqtu ta’ inċidenti, korrimenti kif ukoll prattiċi, kundizzjonijiet jew tagħmir mhux sigur.