FAQs

Id-dokument tal-ħames skeda hu magħruf ukoll bħala l-kartuna s-safra minħabba li kienet tkun maħruġa fuq kartuna safra. Fiha l-informazzjoni relatata ma’ l-intitolament għall-mediċina b’xejn sabiex tkun tista’ tiġi ppreżentata lill-ispiżerija magħżula mill-pazjent b’hekk ikun jista’ jirċievi t-trattament mediku b’xejn meħtieġ. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni

Il-Formularju tal-Gvern jiddetermina il-kriterji li bihom jiġu preskritti l-mediċini u mingħand liema specjalist. Parti kbira mill-applikazzjonijiet iridu jsiru minn konsulent. It-tabib tal-familja jagħmillek biljett ta’ riferiment sabiex isir appuntament mal-Konsulent tiegħek. Il-Konsulent wara jimlilek applikazzjoni biex tkun tista’ tinħariġlek Kartuna Safra ġdida. Iżda tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa jistgħu japplikaw għall-kundizzjonijiet ta’ Pressjoni u Kolesterol għoli skond il-Formularju tal-Gvern. Tobba privati li huma speċjalisti fil-mediċina tal-familja jistgħu japplikaw għal tiġdid ta’ dokumenti għal dawn il-kundizzjonijiet biss.

It-tabib tal-familja jagħmillek biljett ta’ riferiment sabiex isir appuntament mal-Konsulent tiegħek. Jekk jibqa’ jkollok bżonn it-trattament, il-Konsulent jiffirmalek fuq in-naħa t’ isfel tal-permess skadut biex ikun jista’ jiġi mġedded. Il-permessi kienu jinħarġu fuq karta bajda iżda issa jiffurmaw parti mill-lista tal-Karta s-Safra stess u tinkludi d-data ta’ meta jiskadi l-permess.

Hemm bżonn li tinħareġ Kartuna Safra ġdida li tinkludi t-trattament il-ġdid fuqha. Il-Kartuna s-Safra trid tintbagħat l-uffiċċju tal-POYC sabiex tiġi pproċessata. It-trattament il-ġdid jiġi approvat biss jekk dan jaqa’ taħt il-kundizzjoni oriġinali li fuqha nħarġitlek il-Kartuna s-Safra.

Jekk tinstablek xi kundizzjoni oħra, il-Konsulent tiegħek irid jerġa’ japplikalek għall-Kartuna Safra oħra. Inti jista’ jkollok Kartuna Safra waħda (għal-kundizzjonijiet kollha li iddijanjostikata minnhom) bit-trattament kollu mniżżel, jew inkella Kartuna Safra għal kull kundizzjoni li tbati minnha. Madankollu, ma jistax ikollok iktar minn Kartuna Safra waħda għall-istess kundizzjoni; jew l-istess trattament imniżżel fuq Kartun differenti.

Le m’hemmx bżonn. L-ispiżjar tiegħek tal-POYC jew ta’ l-ispiżerija tal-Gvern jista’ jżidlek ‘Continuation Document’ mal-kartuna s-Safra tiegħek. Madankollu, il-‘Continuation Document’ mhiex valida jekk ma jkollix il-Kartuna s-Safra oriġinali mwaħħla magħha.

L–applikazzjoni flimkien mal-Kartuna s-Safra l-antika, jew il-Kartuna s-Safra bit-trattament miżjud b’linka jew il-permess tista’: Tħallihom l-ispiżerija ta’ Mater Dei, jew tibgħathom bil-posta lill-‘Medicines Approval Section’, jew iġġibhom personalment l-uffiċċju tal-POYC u timpustahom fil-kaxxa postali tal-MAS li tinsab mal-bieb tal-uffiċċju, jew tiġu fil-ħinjiet tal-ftuħ tal-‘Customer Care’ u tistennihom biex jiġu pproċessati mill-istaff tal-MAS. Ġentilment int mitlub biex ma tieħux l-applikazzjoni l-ispiżerija.

Huwa importanti ħafna li jkollok miegħek dawn l-affarijiet:

Il-karta tal-identità tiegħek u tal-pazjent (jekk ġej f’isem ħaddieħor)

Il-Kartuna s-Safra l-antika

L-applikazzjoni l-ġdida ffirmata mill-konsulent

Kun żgur li tiċċekja li l-applikazzjonijiet huma ffirmati kif suppost mill-konsulent.

  1. Jekk inti taħdem f’Malta u tħallas il-kontribuzzjonijiet tal-N.I., jekk jogħġbok ġġib miegħek kopja ta’ l-aħħar paga. Jekk inti qed taħdem għal rasek inti mitlub li tippreżenta l-iktar irċevuti reċenti (mhux aktar minn 6 xhur) ta’ Kontribuzzjonijiet tal-N.I.
  2. Jekk inti miżżewweġ lil ċittadin/a Malti/ja, jekk jogħġbok ġġib fotokopja ta I.D. Kard ta’ żewġek/martek u fotokopja taċ-ċertifikat taż-żwieġ.
  3. Jekk inti qed tirċievi pensjoni statali Maltija, inti mitlub li tippreżenta l-avviż ta’ ħlas tal-pensjoni (mhux aktar minn 6 xhur) maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  4. Jekk inti ċittadin tal-UE residenti f’Malta fuq bażi permanenti, inti mitlub li tippreżenta Ċertifikat ta’ Intitolament maħruġ mill-Entitlement Unit fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, kif ukoll prova ta’ identità. Jekk jogħġbok innota li l-Entitlement Unit jista joħroġ biss Ċertifikat ta’ Intitolament mal-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin: E106, E109 u E121 jew formola S1. Dawn il-formoli huma maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini tiegħek, jekk inti tirċievi pensjoni statali minn dak il-pajjiż jew jekk inti taħdem f’Malta u tħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek.
  5. Jekk pazjenti għandhom status ta’ Refuġjat, il-Karta s-Safra tinħareġ sad-data tal- validità tal-karta tar-refuġjati. Pazjenti bi protezzjoni sussidjarja jew li qed ifittxu l-ażil m’humiex intitolati għall-Karta s-Safra. Madankollu huma ntitolati xorta waħda għal mediċini bla ħlas li jistgħu jinġabru miċ-ċentri tas-saħħa. Permessi jinħarġu xorta waħda.
  6. Jekk inti jew dawk illi jiddependu minnek huma nazzjonalità EAA u għandhom status ta’ residenza permanenti, ipprovdi kopja tal-karta ta’ l-identità.

Jekk inti m’għanekx permess ta’ residenza bin-numru jispiċċa “A” għandek tapplika għand l-Identity Malta. Fil-frattemp kopja tal-passaport jew ID Kard tal-pajjiż nazzjonali tiegħek ikun suffiċjenti biex tinħareg Karta Safra temporanja.

L-iskema tal-POYC hija miftuħa biss għal dawk il-pazjenti li huma ntitolati għall- mediċini b’xejn skond il-liġi. Dawk kollha li għandhom Karta Safra jew Karta Roża huma ntitolati. Il-pazjenti għandhom jirreġistraw għall-ispizerija tal-għażla tagħhom biex jibdew jibbenefikaw mill-iskema.

Biex jirreġistraw mal-Iskema talPOYC, il-pazjenti għandhom josservaw il-linji gwida li ġejjin:

  1. Il-pazjenti għandhom jagħżlu spiżerija mil-lokalità tagħhom li tkun qed tipparteċipa fl-Iskema talPOYC
  2. Il-pazjent irid jinforma lill-Ispiżjar fl-ispiżerija partikolari fejn jixtieq jirreġistra mal-Iskema talPOYC
  3.  Il-pazjent irid jikseb il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tal-Iskema talPOYC minn dik l-Ispiżerija

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni tal-Iskema talPOYC hija maqsuma fi 3 Taqsimiet. Kull Taqsima trid timtela b’dan il-mod: 

  1. It-Taqsima ‘A’ trid timtela mill-pazjent. Kull pazjent irid ikollu Formola ta’ Reġistrazzjoni.
  2. It-Taqsima ‘B’ trid timtela mill-ispiżjar maniġerjali tal-ispiżerija partikolari.
  3. It-Taqsima ‘Ċtrid timtela mit-tabib ġenerali /tabib tal-familja u din it-Taqsima, trid tirrifletti l-intitolament farmaċewtiku tal-pazjent skont il-karti/permessi validi tal-intitolament tal-pazjent.
  4. Kopja tal-Karta tal-Identità tal-pazjent 

Wara li timtela l-formula l-pazjent irid jehmeż fotokopji tad-dokumenti kif imiss:

  1. Il-Karta s-Safra jew Roża validi.
  2. Permessi.
  3. MDH 145, SLH 145, DH 75 “To Whom It May Concern” li hija nota li fiha hemm lista ta’ liema mediċina jakkumpanjaw il-Karta s-Safra jew Roża li jkun fiha klawżola “treatment as prescribed” – jiġifieri trattament kif preskritt.

Din il-klawżola ġeneralement tkun għal kundizzjonijiet bħal: Kundizzjoni Malignant, Kundizzjonijiet Psikjatrici u Psoriasis.

Trid tiġi rritornata flimkien mad-dokumenti meħtieġa fl-ispiżerija tal-għażla tiegħek jew timpustaha lill-uffiċċju tal-POYC.

Il-formula tintbgħat lura lill-pazjent flimkien ma’ ittra biex tindika dak li hemm bżonn.

L-uffiċċju tal-POYC ma tkunx f’posizzjoni li tirreġistra mal-ispiżerija tal-għażla tiegħek jekk xi informazzjoni tkun nieqsa.

Biex tiġbor il-mediċina trid tirreġistra għall-ewwel darba bħala pazjent mal-ispiżerija tal-għażla tieghek.

Sakemm ikun hemm il-mediċini stokkjati fl-ispiżerija l-pazjenti jkunu jistgħu jiġbru l- mediċina dakinhar stess li jkollhom id-dokument f’idejhom. Fil-każ li d-dokument trid tirċievih bil-posta tista’ tmur l-għada anki mingħajr id-dokumenti f’idejk. Kellem lill-ispiżjar sabiex ikun jista’ jordnalek il-mediċini tiegħek.

INNOTA: Pazjenti jistgħu jmorru biss f’dik l-ispiżerija rreġistrata mhux kwalunkwe spiżerija.

Le, POYC ma baqatx toħroġ il-Kard ta Sħubija. L-ispiżjara qed joperaw bil- kodiċi QR illi tidher fin-naħa ta’ fuq tad-dokument illi jagħti access għas sistema biex huma jkunu jistghu jamministraw il mediċina.

Il-pazjenti għandhom jiġbru l-mediċini/farmaċewtiċi tagħhom mill-ispiżerija lokali tagħhom kull 56 jum. 

NOTA: Drogi Kontrollati (Riċetta l-Ħadra) għandhom jingħataw kull 28 jum 

Biex ikunu jistgħu jiġbru il-mediċini jridu jieħdu magħhom id-dokumenti li jmiss.

  1. ID Kard.
  2. Riċetta valida
  3. Dokument tal-ħames skeda (Schedule V)

INNOTA: Meta tiġbor il-mediċini kkontrollati trid tippreżenta wkoll:

  1. Riċetta ħadra valida (li hija valida biss għal xahar minn meta tkun inħarġet)
  2. Dokument tal-mediċini narkotiċi (Control Card)

Meta l-pazjenti jkollhom bidla fit-trattament/medikazzjoni tagħhom huma għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-ispiżjar maniġerjali tal-ispiżerija lokali tagħhom. L-ispiżjar imbagħad jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex l-intitolament tiegħu jiġi aġġustat kif xieraq. Bidliet fit-trattament jistgħu jinkludu:

  1. Bidla fid-doża preżenti u/jew fil-medikazzjoni 
  2. Sospensjoni u/jew sostituzzjoni tat-trattament preżenti 
  3. Introduzzjoni ta’ trattament/medikazzjoni ġdida 

NOTA: Il-pazjenti għandhom ukoll:

  1. Jkunu żguri li l-mediċini / farmaċewtiċi addizzjonali jkunu ġew approvati minn konsulent mediku
  2. Jaġġornaw l-Iskeda V (Il-Kartuna s-Safra) tagħhom fl-Uffiċċju tal-MAS, L-Isptar San Luqa, G’Mangia
  3. Jippreżentaw l-oriġinal u l-fotokopji (flimkien ma’ kull Permess meħtieġ) għal kwalunkwe mediċina / farmaċewtika ġdida lill-ispiżjar maniġerjali tal-ispiżerija lokali tagħhom.

Bidla fl-ispiżerija tiġi aċċettata biss meta:

  1. Formola ta’ Reġistrazzjoni ġdida tintbagħat lit- Taqsima tal-POYC, bil-Parti A u l-Parti B (li tindika l-isem tal-ispiżerija l-ġdida) mimlija kif suppost.
  2. Raġuni valida għall-bidla tiġi sottomessa bil-miktub mal-‘Formola ta’ Reġistrazzjoni’ l-ġdida li tintbagħat lit-Taqsima tal-POYC.​

NOTA: Il-pazjent eventwalment se jirċievi Ittra ta’ Voucher bl-isem il-ġdid tal-ispiżerija. L-Ittra tal-Voucher il-ġdida se tindika d-data ta’ skadenza għall-ġbir ta’ mediċini/farmaċewtiċi mill-ispiżerija l-ġdida.