Merħba
Il-Pharmacy of Your Choice (POYC) hija impenjata li tipprovdi servizzi tas-saħħa eċċellenti, iċċentrati fuq il-pazjent. Bħala fornitur ewlieni fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, il-POYC tistinka biex tiffaċilita l-ħtiġijiet tal-kura tal-pazjenti.
informazzjoni importanti
- L-applikazzjonijiet għall-Iskeda V għandhom jiġu sottomessi onlajn, biex b’hekk jiġi offrut servizz aktar effiċjenti.
- Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni u l-ipproċessar ta’ bidla fl-ispizerija, huwa essenzjali li jiġi indikat in-numru tal-mowbajl tal-pazjent. Pazjenti li jixtiequ jipprovdu d-dettalji tal-mowbajl tagħhom jistgħu jikkuntattjaw lill-POYC fuq 22481800.