It-Taqsima tal-Approvazzjoni tal-Mediċini hija responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u t-tiġdid tal-intitolamenti lill-pazjenti, permezz tal-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (CAP.318), filwaqt li tiżgura li dawn ikunu regolati kif suppost u mġedda fil-ħin. L-għadd totali ta’ intitolamenti attivi tal-Iskeda V huwa ta’ madwar 237,000.