Spiżeriji fl-Iskema

Spiżeriji

Sabiex is-sistema tar-rekords tagħna tkun aġġornata kif suppost, jekk jogħġbok ħu nota ta’ dawn il-formoli li ġejjin:

Bidla fis-Sjieda

F’każ ta’ bidla tas-sidien, jekk jogħġbok uża l-formola xierqa li tista’ titniżżel minn hawn. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet bil-miktub dwar kif timlija u tibgħatha lill-Uffiċċji tal-POYC għal aktar azzjoni.

Trasferiment ta’ Operazzjonijiet

F’każ ta’ assenjazzjoni ta’ operazzjonijiet lil spiżjar ieħor filwaqt li żżomm il-liċenzja taħt ismek, jekk jogħġbok uża l-formola xierqa li tista’ titniżżel minn hawn.

Peress li dan huwa assenjazzjoni tal-operazzjonijiet, inti ġentilment mitlub li ssegwi l-istruzzjonijiet bil-miktub li jindikaw ir-responsabbiltà legali tiegħek lejn il-POYC billi timla l-formola miż-żewġ partijiet kif xieraq u tibgħatha lill-Uffiċċji tal-POYC għal aktar azzjoni.

Applikazzjoni għal Tnaqqis ta’ Taxxa

L-Applikazzjoni għat-Tnaqqis tat-Taxxa skont l-Avviż Legali 123 tal-2012 hija disponibbli biex titniżżel. L-Applikazzjoni Oriġinali kompluta bid-dokumentazzjoni relattiva għandha tintbagħat lit-Taqsima tal-POYC.