L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija Tal-Għażla Tiegħek

L-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek jew skema ‘POYC’ hija servizz farmaċewtiku nazzjonali li jilħaq f’waqtu l-ħtiġijiet ta’ aktar minn 150,000 outpatient (33% tal-popolazzjoni Maltija) li jibbenefikaw minn mediċini u apparat farmaċewtiku li jingħata b’xejn mill-Gvern taħt il-leġislazzjoni ta’ Skeda V u ta’ Skeda II.

Biex tara mappa tal-ispiżeriji tal-komunità skont il-lokalità ikklikkja hawn.

Għal lista sħiħa ta’ spiżeriji skont il-lokalità ikklikkja hawn

Il-pazjent għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni meħtieġa maħruġa mill-POYC sabiex jieħu mediċini b’xejn skont l-intitolament tiegħu/tagħha mill-ispiżeriji parteċipanti fl-Iskema tal-POYC fil-Komunità. Għal aktar informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni ikklikkja hawn