L-Iskema Nazzjonali ta’ Kunsinna Domiċiljarja ta' Farmaċewtiċi Tqal

Din l-Iskema ġiet introdotta fl-2016. Illum, hemm aktar minn 500 pazjent intitolat li qed jibbenefikaw minn din l-Iskema u qed jirċievu l-prodotti ta’ Preparazzjoni ta’ Nutrizzjoni Kompleta fir-residenza domiċiljari tagħhom.

Huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin din l-Iskema tiġi estiża biex tkopri prodotti farmaċewtiċi addizzjonali.

Pazjenti intitolati li huma interessati li jibbenefikaw minn dan is-servizz jistgħu jiġbru l-applikazzjoni mill-ispiżerija tal-komunità tal-għażla tagħhom.

Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lill Call Center tal-POYC fuq 22481800