Il-Data Bank Nazzjonali tal-Outpatients

Illum it-Taqsima tal- POYC topera f’ambjent elettroniku ta’ ‘ħin reali’ u permezz tal-pjattaforma tal-ICT tagħha stabbiliet ruħha bħala l-ewwel Data Bank Nazzjonali tal-Outpatients. Bħala Data Bank, huwa s-sors ta’ informazzjoni analitika u statistika għal numru ta’ entitajiet fl-arena nazzjonali tas-saħħa.

It-Taqsima tal-POYC tgħin ukoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u minn żmien għal żmien tkun involuta wkoll fi proġetti nazzjonali.

L-informazzjoni kollha pprovduta hija skont il-linji gwida tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.