Ir- Riċetta tat-tabib Ġġenerata mill-Kompjuter

Aġġornament f’ħin reali tar-Rekords Elettroniċi tat-Trattament tal-Pazjenti

Dan il-programm elettroniku ġie żviluppat mit-Taqsima tal-POYC u ġie introdott fi ħdan il-Kliniċi ta’ Preskrizzjoni tal-Kura tas-Saħħa Primarja biex jiffaċilita l-aċċess elettroniku għall-aktar storja riċenti tal-medikazzjoni tal-pazjent fil-punt tal-kura.

Ir-Riċetta Ġġenerata mill-Kompjuter hija marbuta mal-Formularju tal-Gvern u għall-ewwel darba t-tobba jistgħu jagħżlu l-intitolament tal-pazjenti minn Lista ta’ Trattamenti fformulata minn qabel li tappartjeni għall-oġġetti partikolari fi ħdan l-Iskeda għal trattament kroniku partikolari.

Din l-aċċessibbiltà awtomatika, li teħtieġ l-eID għat-tobba għal skopijiet ta’ login, se tiġi estiża għal tobba privati fil-futur qarib.