L-Iskema Nazzjonali tas-Coeliac

Il-marda tas-Coeliac hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi inklużi fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Kap 318 Artikolu 23 u l-Ħames Skeda tal-istess Att. Pazjenti li jbatu mill-Marda tas-Celiac jistgħu japplikaw biex jirċievu vawċers għal ikel mingħajr glutina.

L-applikazzjoni ssir permezz ta’ Konsulenti Gastroenterologi, Konsulenti Pedjatri jew Kirurgi Konsulenti skond il-formularju tal-Gvern u l-Protokoll rispettiv. Imbagħad jinħareġ dokument tal-Iskeda V flimkien ma’ permess li bih pazjenti coeliac ikunu intitolati għal vawċer monetarju ta’ kull xahar.

Vawċer: Pazjenti minn 60 sena ‘l fuq u dawk li jirċievu benefiċċji soċjali se jirċievu vawċer ta’ €70 kull xahar filwaqt li l-bqija tal-pazjenti se jirċievu €65 kull xahar.

Ikklikkja hawn għal-lista uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi privati li bħalissa qed jipparteċipaw fl-Iskema madwar Malta u Għawdex li joffru prodotti mingħajr glutina.

Lista ta’ Operaturi Parteċipanti fl-Iskema u lista ta’ Prodotti Ħieles Glutina

Lista ta’ Operaturi Celiac​​​​​​

Lista ta’ Prodotti Gluten Free

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.