Taqsima tal-Karta tal-Kontroll tal-Mediċina

Fit-Taqsima tal-Karta tal-Kontroll tad- Drogi Perikolużi noħorġu u nġeddu l-karti tal-kontroll. Dawn il-karti jintużaw biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-użu ta’ drogi narkotiċi u psikotropiċi kif stipulat mil-liġi. It-tobba u l-ispiżjara huma marbuta bil-liġi li jirreġistraw l-ammont ta’ mediċini preskritta u mogħtija fuq il-karta ta’ kontroll.

Dan iċ-ċarter jiddeskrivi s-servizzi li nipprovdu u l-istandards tas-servizz li nimmiraw li niksbu u li tista’ tistenna mingħandna. Jgħidlek ukoll x’għandek tagħmel jekk tixtieq tara xi titjib fis-servizz tagħna. Permezz ta’ dan iċ-ċarter qed nintrabtu li nipprovdulek servizz ta’ kwalità.

Ħruġ ta’ karti ta’ kontroll ġodda

Dak li għandna bżonn:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija kompletament u ffirmata mit-tabib tiegħek. Isemek, l-età, in-numru tal-karta tal-identità u l-indirizz tiegħek flimkien mal-isem tat-tabib tiegħek, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kunsill mediku tiegħu għandhom ikunu miktubin b’mod ċar fuq il-formola.
  • Formola ta’ riċetta ħadra mimlija mit-tabib.
  • Il-karta tal-identità jew il-passaport tiegħek.

Aħna se:

  • Noħorġu l-karta ta’ kontroll tiegħek fi żmien 5 minuti.
  • Dan japplika meta tforni d-dokumenti rilevanti kollha mal-applikazzjoni.

Tiġdid ta’ karti ta’ kontroll

Il-karta tal-kontroll tiġġedded darba fis-sena sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fuq il-karta u tiskadi kif indikat fl-iskeda ta’ hawn taħt.

31 ta’ Diċembru : Birżebbuġa, Gudja, Ghaxaq, Isla, Raħal Ġdid, Xagħra, Xewkija
31 ta’ Jannar : Bormla, Marsaskala, Fgura, Sta.Lucia, Birgu
28 ta’ Frar – Marsa, Qormi, Zebbug
31 ta’ Marzu : Rabat, Sliema, Għarb, Għasri, Kerċem, Qala, San Lawrenz, Sannat, Sta.Luċija, Żebbuġ [Għawdex] [Gozo]
30 ta’ April : Lija, Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar
31 ta’ Mejju :Għargħur, Kalkara, Mosta, Swieqi, Balzan
30 ta’ Ġunju: Dingli, Iklin, Pembroke, Marsaxlokk, Żejtun, Żabbar, Fontana, Victoria
31 ta’ Lulju: Floriana, Mdina, Żurrieq, Ħal Safi, Siġġiewi, Valletta
31 ta’ Awwissu: Gzira, Mtarfa, Luqa, Ta’ Xbiex, Ħamrun
30 ta’ Settembru: Birkirkara, Msida, Għajnsielem, Munxar, Nadur, Xlendi
31 ta’ Ottubru: Ħ’Attard, Mġarr, San Gwann, Ħal Tarxien
30 ta Novembru :Kirkop, Mqabba, Qrendi, San Giljan, Pietà, Sta. Venera

Dak li għandna bżonn:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija kompletament u ffirmata mit-tabib tiegħek. Isemek, l-età, in-numru tal-karta tal-identità u l-indirizz tiegħek flimkien mal-isem tat-tabib tiegħek, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kunsill mediku tiegħu għandhom ikunu miktubin b’mod ċar fuq il-formola.
  • Il-karta tal-kontroll l-antika.
  • Formola ta’ riċetta ħadra mimlija mit-tabib (jekk ma użajtx il-karta tal-kontroll matul is-sena ta’ qabel)
  • Il-karta tal-identità jew il-passaport tiegħek

Aħna se

  • Noħoruġ il-karta tal-kontroll tiegħek fi żmien ta’ 5 minuti.
  • Dan japplika meta tforni d-dokumenti rilevanti kollha mal-applikazzjoni.

Servizz Postali

Il-ħruġ u t-tiġdid tal-karti ta’ kontroll jistgħu jsiru wkoll permezz tal-posta. Jekk tagħżel li tuża dan is-servizz, ibgħat id-dokumentazzjoni kollha lit-Taqsima u aħna nibagħtulek il-Karta tal-Kontroll bil-posta. Madankollu, m’għandekx tibgħat il-karta tal-identità tiegħek.

Aħna se

  • Nibagħtu bil-posta l-karta tal-kontroll tiegħek fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta nirċievu l-applikazzjoni tiegħek fl-uffiċċju

Karti ta’ kontroll għal minuri u għal persuni b’diżabilità mentali

Ġenituri u gwardjani legali ta’ tfal li għandhom inqas minn 16-il sena jew li għandhom diżabbiltà mentali jistgħu jiġbru karti ta’ kontroll f’isimhom.

X’għandna bżonn:

  • F’dan il-każ il-ġenitur/ gwardjan legali jkun meħtieġ iġib il-karta tal-identità tiegħu jew tagħha kif ukoll il-karta tal-identità tal-applikant u d-dokumentazzjoni l-oħra meħtieġa meta qed tapplika għal karta ta’ kontroll ġdida.

Aħna se

  • Noħorġu l-karta ta’ kontroll tiegħek fi żmien 5 minuti
  • Dan japplika meta tforni d-dokumenti rilevanti kollha mal-applikazzjoni.
  • In-numru tal-karta tal-identità tal-ġenitur/ gwardjan legali se jinkiteb fin-naħa ta’ fuq tal-karta tal-kontroll u se jkun immarkat b’asterisk.

Karti tal-kontroll għal partijiet terzi

Tista’ tibgħat lil xi ħadd f’ismek biex japplika jew biex iġġedded il-karta ta’ kontroll tiegħek.

X’għandna bżonn:

  • Il-persuna li tapplika jew li tiġġedded il-karta ta’ kontroll f’ismek għandha ġġib kemm il-karta tal-identità jew il-passaport tiegħek kif ukoll tagħha flimkien mad-dokumentazzjoni msemmija hawn fuq.

Aħna se

  • Noħorġu l-karta ta’ kontroll tiegħek fi żmien 5 minuti
  • Dan japplika meta tforni d-dokumenti rilevanti kollha mal-applikazzjoni.

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • Tiġu personalment fl-uffiċċju tagħna
  • Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax
  • Tiktbilna

L-Uffiċċju tagħna

Indirizz:

Sezzjoni tal-Karta tal-Kontroll
Pjazza San Luqa
G’Mangia

Telefon:

22481874/5/6

Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08.00 ta’ filgħodu – 13.00 ta’ wara nofsinhar

Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna se:

  • Nagħtuk servizz ta’ malajr, nilqgħuk bil- korteżija u se nkunu ta’ għajnuna
  • Se nilqgħuk f’ambjent nadif u akkoljenti.

Meta ċċempelna tista’ tistenna li:

  • Aħna nwieġbu fil-pront
  • Nidentifikaw lilna nfusna.