Taqsima tal-Approvazzjoni tal-Mediċini

Il-persunal tat-Taqsima tal-Approvazzjoni tal-Mediċini (MAS) fil-One-Stop-Shops huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċedura tal-intitolament sabiex jiżgura l-konformità u jiggarantixxi li l-intitolament huwa universali fl-applikazzjoni. Minbarra s-servizz offrut dak il-ħin stress fil-One-Stop-Shop, l-MAS jirċievi u jipproċessa talbiet minn Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa għal mediċini regolati bil-formularju, kif ukoll dawk regolati bil-protokoll. Dawn huma riveduti skont l-indikazzjonijiet, il-kriterji tal-preskritur, il-kundizzjonijiet li jikkwalifikaw lill-pazjenti biex jirċievu t-trattament, l-investigazzjonijiet meħtieġa qabel il-bidu tat-trattament, l-indikaturi oġġettivi tal-effikaċja u kwalunkwe dikjarazzjoni oħra jekk ikun hemm bżonn, u mbagħad dawn jiġu approvati jew miċħuda. Kull meta talba għal mediċini tiġi miċħuda, tintbagħat formola ta’ nuqqas ta’ intitolament lill-pazjent li tiddikjara r-raġuni li għaliha t-talba ġiet miċħuda.

Il-Konsulent huwa mitlub jimla b’mod korrett il-Formola ta’ Applikazzjoni għall-Mediċini Irregolati mill-Protokoll, inklużi d-dettalji u l-indirizz tal-pazjenti, il-mediċina/i mitluba, il-forma tad-dożaġġ u kif dan se jiġi amministrat, it-tul tat-terapija, ir-raġuni għaliex il-mediċina qed tintalab u kwalunkwe dokumentazzjoni oħra. Il-formola għandha tkun approvata bil-firma tal-konsulent, l-isem, d-data, l-email u n-numru tat-telefon.

Ladarba talba tiġi aċċettata, id-dokument SCHV il-ġdid bil-permess jew mingħajru, skont il-mediċina, jintbagħat lill-pazjent bil-posta (meta l-applikazzjonijiet jaslu elettronikament jew bil-posta). Id-dokumenti SCHV jingħataw dak il-ħin stess meta l-pazjenti jżuru l-one-stop-shop.

Id-dritt għal medikazzjoni b’xejn permezz tas-settur tas-saħħa pubblika barra minn ambjent ta’ sptar Malti huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà soċjali u jseħħ permezz ta’ sistema bbażata fuq kriterji marbuta ma’ mard jew mezzi permezz tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Kap 318 Artikolu 23 u l- emenda ta’ dan l-att – Att Nru I tal-2012 u l-Ħames Skeda tal-istess Att. Dawk il-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi normalment jaqgħu taħt l-Iskeda V (Karta s-Safra), filwaqt li dawk b’mezzi limitati ġeneralment jappartjenu għall-Iskeda II (Karta r-Roża).

Dawk li għandhom il-karta r-roża huma intitolati biss għal numru limitat ta’ prodotti mediċinali, li huma mmarkati speċifikament bħala pożittivi għall-karta r-roża fil-Lista Formularja tal-Gvern.