Kunċett ta' Servizz ta' 360° One Stop Shop

It-tnedija tal-Kunċett 360° One-Stop-Shop fl-2014 eliminat b’suċċess il-burokrazija tal- proċeduri preċedenti u introduċiet proċessi ġodda u simplifikati li ppermettu aċċess aktar f’waqtu għal trattament, mingħajr kompromess ta’ verifika u responsabbiltà.

Dan l-approwċ ġdid naqqas il-ħin ta’ stennija tal-pazjenti għall-aċċess għal trattament farmaċewtika b’xejn tal-Gvern minn 3 sa 4 ġimgħat kif kien qabel għal ‘servizz fl-istess ġurnata’. Dan is-Servizz huwa utilizzat minn medja ta’ 200 pazjent fuq bażi ta’ kuljum.

Il-Kunċett tas-Servizz ta’ 360° One-Stop-Shop jgħaqqad taħt saqaf wieħed is-servizzi li ġejjin:

  1. Reġistrazzjoni għall-Iskema tal-POYC u ħruġ tal-Karta ta’ Sħubija tal-Iskema tal-POYC
  2. L-approvazzjoni ta’ Intitolament b’xejn u l-ħruġ tad-Dokumenti ta’ Skeda V skond il-leġiżlazzjoni magħrufa bħala l-Karta s-Safra
  3. L-approvazzjoni u l-ħruġ/tiġdid tal-Karta tad-Drogi Perikolużi magħrufa bħala l-Karta l-Bajda.

It-Taqsima tal-POYC toffri wkoll amministrazzjoni ta’ Servizz ta’ Ġurament f’sitwazzjonijiet speċifiċi meta l-Karta l-Bajda tintilef.