Il-Programm Nazzjonali ta’ Outreach fil-komunità tnieda bil-għan li jilħaq il-popolazzjoni li qed tixjieħ permezz ta’ żjarat f’ċentri ta’ Anzjanità Attiva biex ixerrdu informazzjoni dwar l-użu tal-mediċini u l-POYC. Aktar riċenti, qed isiru żjarat f’numru ta’ Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex biex jilħqu aktar lill-pubbliku ġenerali.