FAQs
Dawk il-pazjenti li ghandhom il-kartuna s-safra jew kartuna r-roża taħt il-marda Coeliac.
Kull min għandu l-kartuna s-safra jew kartuna r-roża taħt din il-kundizzjoni, huwa eliġibbli għall-vouchers.
Pazjenti ġodda jridu jipprezentaw applikazzjoni ghal SCHV flimkien ma rizultati ta “duodenal biopsy” li tikkonferma dijanjosi ta’ coeliac
JEW Fil kaz ta’ pajzjenti pediatrici b’sintomi ta coeliac testijiet ohrajn li jmiss:
- tTG antibodies ghaxar darbiet iktar mill- limitu
- IgA-EMA test posittiv
- HLA-DQ2 jew DQ8 typing.
It-tlett testijiet iridu jigu ipprezentati ma’ l-applikazzjoni.
Il-vouchers jissarfu BISS mill-ħwienet/spiżeriji li qegħdin f’din l-Iskema
- Il-ħwienet/spiżeriji li qed jippartecipaw f’din l-iskema jkollhom tabella fl-armatura li turi dan.
- Lista tal-operaturi:
Il-vouchers jinħarġu DARBA kull tliet xhur u jintbagħtu bil-posta irreġistrata, b’hekk min hu eliġibbli jirċievi 4 settijiet ta’ vouchers biss fis-sena. Kull sett jinkludi il-kupuni ta’ 3 xhur sussegwenti. Fuq il-kupuni ghandkom issibu miktub ix-xahar għal meta japplikaw u għalhekk huma validi għal dak ix-xahar partikolari BISS.
Per eżempju: il-kupuni tax-xahar ta’ Mejju jkunu jistgħu jintefqu fix-xahar ta’ Mejju BISS.
Il-posta tintbagħat f’:
- Dicembru bil-kupuni għal perjodu ta’ Jannar, Frar u Marzu sussegwenti
- Marzu bil-kupuni għal perjodu ta’ April, Mejju u Ġunju sussegwenti
- Ġunju bil-kupuni għal perjodu ta’ Lulju, Awwissu u Settembru sussegwenti
- Settembru bil-kupuni għal perjodu ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru sussegwenti
MA JINĦARĠUX kupuni oħra ġodda lil min jitlifhom.
F’każ ta’ bdil fl-indirizz, il-pazjenti huma mitluba li javżaw lil POYC mill-aktar fis possibli billi jew:
- jibgħatu email fuq [email protected] u jehmżu kopja tal-karta tal-identita’ bl-indirizz il-ġdid;
- jikkuntatjaw lil POYC Client Support fuq in-numru 22481800;
- jibgħatu ittra formali lil POYC f’dan l-indirizz:
Pharmacy of Your Choice Unit
St. Luke’s Hospital
St. Luke’s Square
G’Mangia