Sistema ta’ Trasferiment Bankarju għal Pazjenti Coeliac

L‑Iskema Nazzjonali tas‑Coeliac

Il‑kundizzjoni magħrufa bħala Coeliac, tirreferi għal meta individwi ma jistgħux jittolleraw il‑glutina, li hija proteina li tinsab fil‑qamħ, ix‑xgħir u s‑segala.

Din il‑kundizzjoni hija elenkata fil‑Ħames Skeda tal‑Att dwar is‑Sigurtà Soċjali (Kap. 318) u tikkwalifika għall-għajnuna medika mill‑Gvern. Permezz tal‑Iskema Nazzjonali tas‑Coeliac, pazjenti eliġibbli jistgħu japplikaw mal‑POYC biex jirċievu benefiċċju  ta’ kull xahar sabiex jgħinhom ikopru l‑ispiża addizzjonali ta’ prodotti tal‑ikel mingħajr glutina.

L‑applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi skont il‑Formularju tal‑Gvern u l‑protokol applikabbli permezz ta’ Konsulent Gastroenterologu, Konsulent Pedjatra jew Konsulent Kirurgu. Ladarba l‑eliġibbiltà tiġi approvata, il‑pazjenti jiġu kkuntattjati mis‑sezzjoni Finanzjarja tal‑POYC sabiex jipprovdu d‑dettalji bankarji tagħhom u jibdew jirċievu l‑benefiċċju.

Pazjenti minn  60 sena l-fuq, kif ukoll dawk li jirċievu benefiċċji soċjali, huma intitolati għall-benefiċċju  ta’ € 90 fix‑xahar. Il‑pazjenti eliġibbli l‑oħrajn kollha jirċievu € 85 fix‑xahar.

Pazjenti li jeħtieġu assistenza rigward il‑benefiċċju  ta’ kull xahar, jistgħu jikkuntattjaw lill‑POYC kif ġej: 

☎ (+356) 2248 1841

[email protected]

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.